Home 15-il sena ta’ ġid u opportunitajiet għal kulħadd

    15-il sena ta’ ġid u opportunitajiet għal kulħadd

    2 minuti qari

    Illum jimmarka 15-il sena minn meta Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea. Matul dawn il-15-il sena pajjiżna ibbenefika mhux ftit f’oqsma varji. Jekk nitkellmu fuq l-infrastruttura bosta toroq saru permezz ta’ fondi Ewropej. Jekk nitkellmu fuq il-qasam tas-saħħa għandna ċentru tal-onkoloġija li sar grazzi għal fondi Ewropej. Bosta studenti ħadu scholarships u marru jistudjaw barra. Bosta sportivi ipparteċipaw fi skambji ma’ pajjiżi oħra. Il-lista ma tispiċċa qatt.

    Biss nagħmlu żball jekk nitkellmu fuq l-Unjoni Ewropea bħala sors ta’ fondi biss. L-Unjoni Ewropea hi wkoll dwar il-valuri, d-drittijiet u l-identità tagħna. Sħubija fl-Unjoni Ewropea
    tfisser dritt li nivjaġġaw bejn pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea permezz ta’ passport u ċittadinanza Ewropea. Dħul fl-Unjoni Ewropea fisser ukoll dritt li naħdmu u li nsitudjaw barra minn xtutna.

    Hemm oqsma fejn stennejna aktar mill-Unjoni Ewropea, fosthom fejn tidħol il-ħarsien tad-demokrazija, s-saltna tad-dritt u l-libertà tal-midja. Hi responsabbilita tagħna li naraw li l-Unjoni Ewropea tkun aktar effettiva f’dan il-kuntest ukoll.

    Ma jonqosx li niftakkru li mhux kulħadd kien favur din is-sħubija. Joseph Muscat u Alfred Sant kienu għamlu kampanja ta’ gideb u qerq kontra l-Ewropa iżda imbgħad b’mod ipokritu u b’opportuniżmu sfrenat marru jservu bħala Membri tal-Parlament Ewropew u saħansitra jbiegħu il –passport Ewropew, l-istess passaport li riedu jċaħħduna minnu. Il-PN kellu foresight fuq l-Unjoni Ewropea iżda l-Partit Laburista għandu biss hindsight. Għalhekk fejn tidħol l-Unjoni Ewropea l-għażla hi li tafda lill-PN.

    L-Ewropa mhux xi ħaġa statika iżda proġett ħaj. Aħna lkoll irridu nagħtu kontribut lejn dan il-proġett. Bil-vot tiegħek fil-25 ta’ Mejju int tista’ tagħmel id-differenza. Kburi li tajt sehmi biex Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea. Kburi li fl-aħħar sentejn servejt fil-Parlament Ewropew biex naħdem fuq ligijiet li jtebu l-ħajja tan-nies fostom il-kundizzjonijiet tax-xogħol. Kburi li nerġa’ nifforma parti mit-tim ta’ kandidati tal-PN għall-elezzjoniji li jmiss.