Home Is-sbuħija tal-ħolqien vs l-avvanzi tal-bniedem

    Is-sbuħija tal-ħolqien vs l-avvanzi tal-bniedem

    4 minuti qari

    Mit-tieqa tal-kamra tas-sodda s-smewwiet kienu ġmiel ta’ festa ta’ kuluri. 

    Kont għadni kemm qomt. Kien qed jisbaħ. Dlonk, tirt mis-sodda u lbist ilbies ħafif u ħriġil barra qisni riħ biex nesperjenza l-ħlewwa tal-ewwel ftit minuti tażżerniq. Ma ridt nitlef xejn.

    Kien għadu kmieni. Il-baħar kien qisu żejt, b’mewġa kważi rieqda, tmelles ix-xtajta. Ir-ramla kienet battala mill-ferħ tal-familji li jżuruha waqt il-jiem sajfin. Il-gawwi kien għadu ma sebbaħx. Il-ġmiel naturali tal-madwar kien isaħħar. Minajr ma ħarrikt għajnejja minn fuq dak il-liżar ta’ lwien, poġġejt bilqiegħda fuq bank tal-ġebel, li l-magħqad tiegħu kien għadu niedi bin-nida tal-lejl. 

    Instema zzekzik ta’ pitirross u l-jum ġdid feġġ, b’siparju ta’ xemx qisha ballun nar, mgħerrqa fi ħjut ta’ lwien li biddlu s-smewwiet f’teatru ħaj ta’ dwal u dellijiet.

    Qomt minn posti u rħejtilha għax-xtajta. Jien u niel mit-trejqa, minn miegħi għadda ġerrej b’pass ħafif liebes il-headphones imgeżwrin ma’ widnejh. Kont naħseb li ġerrejja bħal dan li għadda kienu jkunu qed jisimgħu xi mużika rilassanti, imma dan l-aħħar sirt naf li hemm fosthom min jisma’ xi taħdita, min iżomm ir-ritmu tal-pass skont il-beat tal-mużika jew saħansitra hemm min jimpika ma xi logħba, bħal dawk li jilagħbu mal-kompjuter, biex jiġru, jimxu, jistrieħu, jixorbu u x’naf jien, skont kif tiddetta hi. Kien x’kien li qed jismadan il-ġerrej, jien tal-fehma li dan il-proxxmu kien qed jitlef mill-vera gost tal-ewwel ħinijiet tal-madwar.Imma, ma tista tlum lil ħadd. Mitt bniedem, mitt fehma.

    Ninsab fuq btala barra minn Malta. Il-ġurnata bdiet tisħon. Neħħejt il-qorq u bdejt miexi ma tarf ix-xtajta nċafċaf qajla qajla f’madwar tliet ċentimetri ilma baħar, daqqa nħares lejn ix-xefaq u daqqa lejn il-ħdura mxattba li kienet imżerżqa għal ġor-ramla.

    Ħsiebi tar fuq artiklu tal-ġurnal The Guardian li kont qrajt il-lejl li għadda qabel ma rqadt. Kien rakkont dwar il-ħsara li jagħmel it-telefowċellulari meta traqqdu qribek. Mhux għax ma kontx naf bl-informazzjoni miġbura, imma l-ġurnalist reġanebbaħni.

    Illum, it-tniġġis fl-arja lkoll nafu bih, iżda ftit huma dawk li jirrealizzaw li l-arja hi mniġġsa wkoll minn raġġi elettromanjetiċi li jintużaw għall-komunikazzjoni u għal kull apparat elettroniku li jaħdem minajr ma jkun imqabbad b’wajer. Dik is-sema safja,tidher kemm tidher safja, hi wkoll imniġġsa minn dawn ir-raġġi maħluqa mill-bniedem.

    Iva, din il-ħolqa għall-artiklu tal-ġurnal The Guardian irrid intellagħha fuq Facebook. Ftit huma dawk li jirrealizzaw li saħħitna, minħabba l-mowbajl qed tiġi mgħarrqa minn diversi effetti bħan-nervi, id-dwejjaql-għejja, in-nuqqas ta’ rqad u n-nuqqas ta’ konċentrazzjoni, biex ma nsemmix iżżieda fl-inċidenti tat-traffiku jekk tużah waqt li ssuq.

    Din is-sena tħabbar li f’Ottubru li ġej, f’Malta ser indaħħlu s-sistema 5G u l-infrastruttura tagħha. Din tirrikjedi antenni żgħar kull 150 metru mal-faċċati ta’ djarna għax it-tagħmir joffri xorta oħra ta’ raġġi li jintużaw mis-sistema 3G. Din is-sistema ċellulari hi aktar effettiva, tant li dak kollu li hu immaġinabbli jistajitwettaq. 

    Imma minkejja dan l-avvanz u l-kumditajiet li s-sistema 5G ser toffri, jien ninsab ħosbien u xettiku, u dan minħabba saħħitna.

    It-3G hu klassifikat bħala raġġi elettromanjetiċi li jżidu r-riskju tal-kanċer. Agħar minhekk, illum hu xjentifikament ippruvat li l-apparat elettroniku li jaħdem minajr wajer hu l-kaġun tażżieda fl-inċidenza tal-awtiżmu, l-ADHD (kundizzjoni fit-tfal imqarbin iżżejjed li jkunu bla sabar, impulsivi u jbatu minnuqqas ta’ konċentrazzjoni) u l-Alzheimers dementia. Hu fatt ukoll li l-inċidenza tal-infertilità, b’mod partikolari fl-irġiel, qed tiżdied, bħalma żdieduwkoll il-korrimenti fit-tqala. 

    Minkejja li kien jingħad li r-raġġi tal-5G huma dgħajfa u għalhekk ma jippenetrawx il-ħxuna tal-ġilda, illum hu konfermat li filfatt dan mhux għalkollox minnu, u li l-5G għandha l-istess effett bħal 3G u aktar agħar, għax fejn is-sistema ġiet ippruvata, ir-raġġi affettwaw lill-annimali, lill-insetti u anke s-siġar. 

    Ċerti xjenzati qed jisħqu li l-5G ser ikompli jgħarraq il-klima u jista joħloq katastrofi anke l hemm mis-smewwiet. 

    Ħarist b’diqa lejn l-orizzont; dik il-linja rqiqa fejn is-sema u l-baħar jidhru ħaġa waħda. Intlift fil-ħsieb…Min jaf jekk ħames ġenerazzjonijiet minn issa l-bniedem ikunx tilef lilu nnifsu” hewdint.